2279/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2279/2004 tal- 30 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta‘ referenza tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fix-Xatt tal-Punent u fil-Medda ta’ Gaża ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
2279/2004 • 32004R2279R(01)
Legal Acts - Regulations
- 2 Inbound citations:
- •
- 0 Cited paragraphs:
- •
- 12 Outbound citations:
24.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
L NaN/53
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2279/2004 tal-30 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta‘ referenza tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fix-Xatt tal-Punent u fil-Medda ta’ Gaża
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2279/2004 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2279/2004
tal-30 ta' Diċembru 2004
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta‘ referenza tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fix-Xatt tal-Punent u fil-Medda ta’ Gaża
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti [kwota tariffarja] tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,
Billi:
(1)
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Diċembru 2004 (2), il-Kunsill ikkonkluda Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża dwar miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim Provviżjorju ta’ Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Awtorità tal-Palestina. Dan il-Ftehim il-ġdid japplika mill-1 ta' Jannar 2005.
(2)
Il-Protokoll Nru 1 il-ġdid li jikkonċerna l-arranġamenti applikabbli għal importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tal-agrikoltura li joriġinaw fix-Xatt tal-Punent u fil-Medda ta’ Gaża, minn hawn 'il quddiem “Il-Protokoll Nru 1 il-ġdid”, jipprovdi għall-konċessjonijiet ta' tariffi ġodda u tibdil fil-konċessjonijiet eżistenti stabbiliti f'Regolament (KE) Nru 747/2001, li wħud minnhom jaqgħu taħt il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta' referenza tal-Komunità.
(3)
Biex timplimenta l-konċessjonijiet tat-tariffi stabbiliti fil-Protokoll Nru 1 il-ġdid, huwa neċessarju li temenda r-Regolament (KE) Nru 747/2001.
(4)
Biex jiġu kkalkulati l-kwoti tat-tariffi għall-ewwel sena ta' applikazzjoni, għandu jkun hemm provvediment li fejn il-perjodu tal-kwota jibda qabel id-data fejn il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ, il-volumi tal-kwoti tat-tariffi għandhom jiġu mnaqqsin fi proporzjon għall-parti tal-perjodu li jkun diġà għadda qabel dik id-data.
(5)
Sabiex tiffaċilita l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffi eżistenti provvduti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001, il-kwantitajiet importati fil-qafas ta' dawk il-kwoti għandhom jiġu kkunsidrati għall-ħlas fuq il-kwoti tat-tariffi miftuħa skont ir-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.
(6)
Skont il-Protokoll Nru 1 il-ġdid, il-volumi tal-kwota tat-tariffi għal ċerti prodotti għandha tiżdied darbtejn.
(7)
Minħabba li d-dispożizzjonijiet provvduti f'dan ir-Regolament iridu japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-Ftehim il-ġdid, huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ kmieni kemm jista' jkun.
(8)
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu jiġi mibdul bit-test imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għall-perjodi tal-kwota li jkunu għadhom miftuħin fl-1 ta' Jannar 2005, il-kwantitajiet li skont ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 tpoġġew f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità fil-kwoti tat-tariffi bin-numri tal-ordni 09.1381, 18.0310, 18.0340 u 18.0380 għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni għall-ħlasijiet fuq il-kwoti tat-tariffi stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS VIII
IX-XATT TAL-PUNENT U L-ISTRIPPA TAL-GAŻA
Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem li jiddeskrivi l-prodotti m'għandhomx jitqiesu li għandhom xi valur iktar minn wieħed indikattiv, filwaqt li l-iskema preferenzjali hi determinata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet NM kif ikunu jeżistu fil-ħin tal-adozzjoni tar-regolament kurrenti. Fejn ex kodiċijiet tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.
PARTI A: Kwoti Tariffarji
Nru tal-Ordni
Kodiċi NM
Deskrizzjoni tal-oġġetti
Perjodu tal-kwota
Volum tal-kwota
(f’tunnellati ta’ piż nett)
Dazju fuq il-kwota
09.1383
0409 00 00
Għasel naturali
Mill-1.1 sal-31.12.2005
500
Eżenzjoni
Mill-1.1 sal-31.12.2006
750
Mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12
1 000
09.1382
0603 10
Fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri ta' tip li jkun adattat għal għanijiet ornamentali
Mill-1.1 sal-31.12.2005
2 000
Eżenzjoni
Mill-1.1 sal-31.12.2006
2 250
Mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12
2 500
09.1384
0712 31 00
0712 32 00
0712 33 00
0712 39 00
Faqqiegħ, wood ears (Auricularia spp.), jelly fungi (Tremella spp.) u tartufi, imnixxfin
Mill-1.1 sal-31.12
500
Eżenzjoni
09.1385
0806 10 10
Għeneb frisk tal-mejda
Mill-1.2 sal-14.7.2005
1 000
Eżenzjoni
Mill-1.2 sal-14.7.2006
1 500
Mill-1.2 sal-14.7.2007 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.2 sal-14.7
2 000
09.1381
0810 10 00
Frawli friski
Mill-1.11.2004 sal-31.3.2005
1 680
Eżenzjoni
Mill-1.11.2005 sal-31.3.2006
2 500
Mill-1.11.2006 sat-31.3.2007 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.11 sat-31.3
3 000
09.1386
1509 10
Żejt taż-żebbuġa verġini
Mill-1.1 sal-31.12.2005
2 000
Eżenzjoni
Mill-1.1 sal-31.12.2006
2 500
Mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12
3 000
PARTI B: Kwanitajiet ta' referenza
Nru tal-Ordni
Kodiċi NM
Sottodiviżjoni Taric
Deskrizzjoni tal-oġġetti
Perjodu tal-kwanitajiet ta' referenza
Volum tal-kwanitajiet ta' referenza
(f’tunnellati ta’ piż nett)
Dazju tal-kwanitajiet ta' referenza
18.0310
0702 00 00
Tadam, frisk jew imkessaħ
Mill-1.12.2004 sal-31.3.2005
1 750
Eżenzjoni (3)
Mill-1.12.2005 sat-31.3.2006 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.12 sat-31.3
2 000
18.0320
0709 30 00
Brunġiel (xitel tal-brunġiel), frisk jew imkessaħ
Mill-15.1 sal-30.4
3 000
Eżenzjoni
18.0330
ex 0709 60
Frott tal-ispeċi Capsicum jew tal-ispeċi Pimenta, frisk jew mkessaħ:
Mill-1.1 sal-31.12
1 000
Eżenzjoni
0709 60 10
Bżar ħelu
0709 60 99
Oħrajn
18.0340
0709 90 70
Qarabali, frisk jew imkessaħ
Mill-1.12 sat-28/29.2
300
Eżenzjoni (3)
18.0350
0805 10 20
Larinġ frisk
Mill-1.1 sal-31.12
25 000
Eżenzjoni (3)
ex 0805 10 80
10
18.0360
ex 0805 20 10
05
Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); klementini, wilking u ibridi oħra taċ-citru, friski
Mill-1.1 sal-31.12
500
Eżenzjoni (3)
ex 0805 20 30
05
ex 0805 20 50
07, 37
ex 0805 20 70
05
ex 0805 20 90
05, 09
18.0370
ex 0805 50 10
10
Lumi (Citrus limon, Citrus limonum), friski
Mill-1.1 sal-31.12
800
Eżenzjoni (3)
18.0380
0807 19 00
Bettieħ (eskluż dulliegħ), frisk
Mill-1.11 sal-31.5
10 000
Eżenzjoni
(1) ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2256/2004 (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 24).
(2) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) L-eżenzjoni tapplika biss għad-dazju ad valorem.”