Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 517/2011 tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (ĠU L 138, 26.5.2011)
517/2011 • 32011R0517R(02)
Legal Acts - Regulations
- 0 Inbound citations:
- •
- 0 Cited paragraphs:
- •
- 3 Outbound citations:
26.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
L 276/78
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 517/2011 tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 138 tas-26 ta' Mejju 2011 )
F'paġna 50, fl-Anness, il-punt 3.5,
minflok:
“3.5. L-ittestjar għar-reżistenza antimikrobika
L-iżolati jridu jiġu ttestjati għar-reżistenza antimikrobika skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE (1).”,
aqra:
“3.5. L-ittestjar għar-reżistenza għall-antimikrobiċi
L-iżolati jridu jiġu ttestjati għar-reżistenza għall-antimikrobiċi skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE (1).”;
F'paġna 50, fl-Anness, fil-punt 3.6, l-ewwel paragrafu,
minflok:
“L-awtorità kompetenti għandha tassigura li mill-inqas varjant iżolat wieħed tas-serotipi rilevanti tas-Salmonella mill-kampjuni bħala parti mill-kontrolli uffiċjali ta' kull binja u ta' kull sena jinħażen għall-phagetyping jew l-ittestjar għas-suxxettibilità antimikrobika futura, u dan bl-użu ta' metodi normali għal ġbir tal-kultura, hekk li tkun żgurata l-integrità tal-varjanti għal perjodu minimu ta' sentejn.”,
aqra:
“L-awtorità kompetenti għandha tassigura li mill-inqas varjant iżolat wieħed tas-serotipi rilevanti tas-Salmonella mill-kampjuni bħala parti mill-kontrolli uffiċjali ta' kull binja u ta' kull sena jinħażen għall-phagetyping jew l-ittestjar għas-suxxettibilità għall-antimikrobiċi futura, u dan bl-użu ta' metodi normali għal ġbir tal-kultura, hekk li tkun żgurata l-integrità tal-varjanti għal perjodu minimu ta' sentejn.”.