2112/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2112/2004 tal- 10 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 634/2004 li jistipula miżuri transitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2202/96 u tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovejna u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
2112/2004 • 32004R2112R(01)
Legal Acts - Regulations
- 2 Inbound citations:
- •
- 0 Cited paragraphs:
- •
- 24 Outbound citations:
31.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
L NaN/16
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2112/2004 tal-10 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 634/2004 li jistipula miżuri transitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2202/96 u tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovejna u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2112/2004 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2112/2004
tal-10 ta' Diċembru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 634/2004 li jistipula miżuri transitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2202/96 u tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovejna u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
(1)
Organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn issa ’l quddiem “l-Istati Membri ġodda”) għandhom jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta' għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru (1).
(2)
L-iskema ta’ għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru hija msejsa fuq kuntratti bejn, fuq naħa waħda, organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew aċċettati proviżorjament skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (2) u min-naħa l-oħra, dwak li jipproċessaw.
(3)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2004 (3) stipula miżuri transitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 u għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 tal-1 ta’ Diċembru 2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta' għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru (4).
(4)
L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003 jipprovdi li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk li jipproċessaw li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema ta’ għajnuna għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom hemm l-uffiċċju prinċipali tagħhom, sa mhux iktar tard minn 20 jum minn mindu tibda s-sena tas-suq.
(5)
Minħabba limitazzjonijiet amministrattivi differenti osservati fl-Istati Membri ġodda, ċerti organizzazzjonijiet tal-produtturi ma setgħux jiġu rikonoxxuti jew aċċettati proviżorjament fil-ħin skont ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu f'pożizzjoni li jinfurmaw li dawk l-awtoritajiet dwar ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-iskema ta’ għajnuna fil-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003.
(6)
Sabiex dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jingħataw, kemm jista’ jkun, l-opportunità li jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96, filwaqt li jiżguraw li l-iskema ta’ għajnuna hija applikata sew, għandhom isiru dispożizzjonijiet għas-sena tas-suq 2004/2005 fir-rigward tad-data ta’ skadenza sa meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-Istati Membri ġodda għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-iskema ta’ għajnuna.
(7)
L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom il-possibilità li jiddeċiedu, sa ċerta data ta' skadenza ffissata minn dak l-Artikolu, id-data(i) li fiha l-kuntratti bi skadenza qasira għandhom jiġu konklużi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fit-territorju tagħhom. Iżda, jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-Istati Membri ġodda għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-iskema ta’ għajnuna iktar tard, id-data ta' skadenza għall-konklużjoni ta’ kuntratti li jiskadu fi zmien qasir li jkopru għall-anqas tmien xhur sħaħ konsekuttivi għandha tiġi riveduta skont dan. Madankollu, kull reviżjoni ta’ dik id-data ta’ skadenza ma għandhiex tkun ta’ ħsara għall-kontrolli meħtieġa li jridu jsiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.
(8)
Ir-Regolament (KE) Nru 634/2004 għandu jiġi emendat skont dan.
(9)
Peress li s-sena tas-suq 2004/2005 bdiet fl-1 ta’ Ottubru 2004 u diġà saru l-kuntratti bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk li jipproċessaw, l-emendi għandhom japplikaw mill-10 ta' Settembru 2004.
(10)
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u Ħxejjex Friski,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikoli Nri 3a u 3b li ġejjin jiżdiedu fir-Regolament (KE) Nru 634/2004.
“Artikolu 3a
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003, għas-sena tas-suq 2004/2005, u għall-Istati Membri ġodda biss, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema ta’ għajnuna pprovduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom hemm l-uffiċċju prinċipali tagħhom sa mhux iktar tard minn 120 jum minn mindu jkunu ġew rikonoxxuti jew aċċettati proviżorjament skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 (5), imma fl-ebda każ wara l-21 ta' Jannar 2005.
Artikolu 3b
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003, għas-sena tas-suq 2004/05, għall-Istati Membri ġodda biss, kuntratti li jiskadu fi żmien qasir li jkopru għall-anqas tmien xhur sħaħ konsekuttivi għandhom jiġu konklużi sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Frar 2005.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-10 ta’ Settembru 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.
(2) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(3) ĠU L 100, 6.4.2004, p. 19.
(4) ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5.
(5) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1.”