2033/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2033/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2007 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
2033/2006 • 32006R2033R(01)
Legal Acts - Regulations
- 0 Inbound citations:
- •
- 0 Cited paragraphs:
- •
- 7 Outbound citations:
31.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
L NaN/604
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2033/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2007
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2033/2006 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2033/2006
tal-21 ta' Diċembru 2006
li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(5) u (6) tiegħu,
Billi:
(1)
Il-prezz tal-bejgħ tal-Komunità għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f'livell tal-anqas ugwali għas-70 % u li ma jeċċedix id-90 % tal-gwida tal-prezz.
(2)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru …./… (2) jiffissa prezzijiet ta' gwida għas-sena tas-sajd 2007 għall-prodotti kollha kkonċernati.
(3)
Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz.
(4)
Il-fatturi tal-konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispecijiet differenti u l-preżentazzjonijiet tal-prodotti ffriżati li jinsabu fil-Komunità sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jibda l-miżura ta' intervent previst fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.
(5)
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2007 għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi ta’ konverżjoni li jirrelataw għalihom huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
PREZZIJIET TAL-BEJGĦ U FATTURI TAL-KONVERŻJONI
Speċi
Il-preżentazzjoni
Fattur ta’ konverżjoni
Livell ta' intervent:
Prezz tal-bejgħ
(EUR/tunnellata)
Ħalibatt ta' Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha
1,0
0,85
1 654
Marlozz (Merluccius Spp)
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha
1,0
0,85
1 022
Fletti individwali
— bil-ġilda
1,0
0,85
1 243
— bla ġilda
1,1
0,85
1 367
Sparidae
Pagri (Dentex dentex u Pagellus spp.)
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha
1,0
0,85
1 335
Pixxispad (Xiphias gladius)
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha
1,0
0,85
3 467
Gambli Penaeidae
Iffriżat
(a)
1,0
0,85
3 533
(b)
Penaeidae oħrajn
1,0
0,85
6 782
Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti)
Iffriżat
1,0
0,85
1 605
Klamari (Loligo spp.)
(a)
— sħaħ, mhux imnaddfa
1,00
0,85
993
— imnaddaf
1,20
0,85
1 191
(b)
— sħaħ, mhux imnaddfa
2,50
0,85
2 482
— imnaddaf
2,90
0,85
2 879
Qarnit (Octopus spp.)
Iffriżat
1,00
0,85
1 792
Illex argentinus
— sħaħ, mhux imnaddfa
1,00
0,80
717
— tubu:
1,70
0,80
1 219
Forom ta’ preżentazzjoni kummerċjali:
— sħaħ, mhux imnaddfa: prodott li ma għadda minn ebda trattament,
— imnaddfa: prodott li mill-inqas issewwa,
— tubu: ġisem ta’ klamar li mill-inqas issewwa u tneħħietlu r-ras
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.
(2) Għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.