241/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2005 tal- 11 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Iżrael ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
241/2005 • 32005R0241R(01)
Legal Acts - Regulations
- 14 Inbound citations:
- •
- 0 Cited paragraphs:
- •
- 12 Outbound citations:
17.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
L NaN/183
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2005 tal-11 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Iżrael
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2005 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 241/2005
tal-11 ta' Frar 2005
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Iżrael
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ tariffa ta’ kwoti tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma’ ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,
Billi:
(1)
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-31 ta' Jannar 2005 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u pprovda għall-applikazzjoni provviżorja mill-1 ta’ Mejju 2004 ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea
(2)
Dan il-Protokoll jipprovdi għal kwoti tat-tariffi ġodda kif ukoll għall-bidliet fil-kwoti tat-tariffi eżistenti li ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001.
(3)
Sabiex jiġu implimentati l-kwoti tat-tariffi l-ġodda kif ukoll il-bidliet fil-kwoti tat-tariffi eżistenti, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001.
(4)
Għas-sena 2004 il-volumi tal-kwoti tat-tariffi l-ġodda kif ukoll iż-żjidiet fil-volumi tal-kwoti tat-tariffi eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi speċifikati fil-Protokoll, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta’ Mejju 2004.
(5)
Sabiex tkun faċilitata l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffi eżistenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001, il-kwantitajiet impurtati fi ħdan il-qafas ta’ dawk il-kwoti għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġu applikati l-kwoti tat-tariffi miftuħa b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b’dan ir-Regolament.
(6)
Peress li l-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-UE u l-Iżrael japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Mejju 2004, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.
(7)
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-kwantitajiet li, skont ir-Regolament (KE) Nru 747/2001, tpoġġew f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità minn mindu daħlu fis-seħħ il-perjodi tal-kwota, u li fl-1 ta’ Mejju 2004 ikunu għadhom miftuħa fi ħdan il-kwoti tat-tariffi bl-ordnijiet numri 09.1303, 09.1306, 09.1310, 09.1318, 09.1329, 09.1352 u 09.1360, għandhom, meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, jiġu kkunsidrati sabiex jiġu applikati l-kwoti tat-tariffa rispettivi stabbiliti fl-Anness VII għar-Regolament (KE) No 747/2001, kif emendat b’dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta' Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
ANNESS
Fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 747/2001, it-tabella stabbilita fil-Parti A tiġi emendata kif ġej:
(1)
jiżdiedu r-ringieli l-ġodda li ġejjin:
Nru tas-serje
Kodiċi NM
Is-subdiviżjoni tat-TARIC
Deżinjazzjoni tal-merkanzija
Il-perjodu tal-kwota
Volum talkwota
Id-dazju fuq il-kwota
“09.1361
0105 12 00
Dundjani ħajjin, li jiżnu mhux iktar minn 185 g
mill-1.5 sal-31.12.2004
79 653 biċċa
Eżenzjoni
mill-1.1 sal-31.12.2005
122 960 biċċa
mill-1.1 sal-31.12.2006
126 440 biċċa
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12
129 920 biċċa
09.1362
0407 00
Bajd tal-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreżervat jew imsajjar
mill-1.5 sal-31.12.2004
357 067 biċċa
Eżenzjoni
mill-1.1 sal-31.12.2005
551 200 biċċa
mill-1.1 sal-31.12.2006
566 800 biċċa
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12
582 400 biċċa
09.1363
0604 99 90
Weraq miżbugħ, ibbliċjat, imdakkar jew ippreparat mod ieħor, friegħi u partijiet oħra tal-pjanti, mingħajr fjuri jew blanzuni tal-fjuri, ħaxix, għall-bukketti jew għal għanijiet ornamentali
mill-1.5 sal-31.12.2004
6,87
Eżenzjoni
mill-1.1 sal-31.12.2005
10,6
mill-1.1 sal-31.12.2006
10,9
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12
11,2
09.1364
0701 90 50
Patata ġdida, friska jew imkessħa
mill-1.5 sat-30.6.2004
103
Eżenzjoni
mill-1.1 sat-30.6.2005
318
mill-1.1 sal-30.6.2006
327
mill-1.1 sat-30.6.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sat-30.6
336
09.1365
ex 2004 90 98
12
19 (3)
30
80
Ħxejjex u taħlitiet ta’ ħxejjex oħra, ippreparati jew ippreżervati mod ieħor ħlief bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tal-intestatura 2006, għajr il-krafes jew il-karrotti
mill-1.5 sal-31.12.2004
103
Eżenzjoni
mill-1.1 sal-31.12.2005
159
mill-1.1 sal-31.12.2006
163,5
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12
168
09.1366
2009 80 89
Ġulepp ieħor ta’ kwalunkwe frott jew ħaxix waħdu, ta’ valur Brix ta’ mhux iżjed minn 67, ta’ valur ta’ mhux aktar minn EUR 30 għal kull 100 kg piż nett, b’kontenut ta’ zokkor miżjud ta’ mhux iktar minn 30 % skont il-piż, għajr il-ġulepp tal-lanġas jew ġuleppi ta’ frott tropikali
mill-1.5 sal-31.12.2004
240,33
Eżenzjoni
mill-1.1 sal-31.12.2005
371
mill-1.1 sal-31.12.2006
381,5
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12
392
(2)
Ir-ringieli għall-kwoti tat-tariffa għall-ordnijiet Numri 09.1306, 09.1303, 09.1310, 09.1318, 09.1329, 09.1360 u 09.1352 jiġu mibdula, rispettivament, bir-ringieli li ġejjin:
Order No
CN code
TARIC subdivision
Description of goods
Quota period
Quota volume
(in tonnes)
Quota duty
“09.1306
0603 10
Fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri ta’ tip li jkunu adattati għall-bukketti u għanijiet ornamentali
mill-1.1 sal-31.12.2004
20 085 + żjieda ta’ 206 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004
Eżenzjoni
mill-1.1 sal-31.12.2005
20 988
mill-1.1 sal-31.12.2006
21 582
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12
22 176
09.1303
0709 60 10
Bżar ħelu, frisk jew imkessaħ
mill-1.1 sal-31.12.2004
15 450 + żjieda ta’ 274,67 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004
Eżenzjoni
mill-1.1 sal-31.12.2005
16 324
mill-1.1 sal-31.12.2006
16 786
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu min hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12
17 248
09.1310
0709 90 60
Qamħirrun ħelu, frisk jew imkessaħ
mill-1.1 sal-31.12
1 500 (1)
Eżenzjoni
09.1318
0712 90 50
Karrotti mnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux preparati aktar
mill-1.1 sal-31.12.2004
103 + żjieda ta’ 54,93 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004
Eżenzjoni
0712 90 90
Ħxejjex oħra mnixxfin u taħlitiet ta’ ħxejjex, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux preparati aktar
mill-1.1 sal-31.12.2005
190,8
0910 40 19
Sagħtar mgħaffeġ jew mitħun
mill-1.1 sal-31.12.2006
196,2
0910 40 90
Weraq tar-rand
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu mill-1.1 sal-31.12
201,6
0910 91 90
Taħlitiet mgħaffġa jew mitħuna ta’ tipi differenti ta’ ħwawar
0910 99 99
Ħwawar oħrajn mgħaffġa jew mitħuna
09.1329
0807 19 00
Bettieħ ieħor, frisk
mill-1.11.2003 sal-31.5.2004
11 400 + żjieda ta’ 14,29 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.5.2004
Eżenzjoni
mill-15.9.2004 sal-31.5.2005
11 845
mill-15.9.2005 sal-31.5.2006
12 190
mill-15.9.2006 sal-31.5.2007
12 535
mill-15.9.2007 sal-31.5.2008 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-15.9 sal-31.5
12 880
09.1360
ex 2009 90 59
30
Taħlitiet ta’ ġuleppi tal-frott taċ-ċitru ma’ ġuleppi tropikali u taħlitiet ta’ ġuleppi tal-frott taċ-ċitru, ta’ valur Brix ta’ mhux iktar minn 67, ta’ valur ta’ mhux iktar minn EUR 30 għal kull 100 kg piż nett, li ma jkollux zokkor miżjud
mill-1.1 sal-31.12.2004
1 545 + żjieda ta’ 892,67 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004
Eżenzjoni
mill-1.1 sal-31.12.2005
2 968
mill-1.1 sal-31.12.2006
3 052
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12
3 136
09.1352
2204 21 10
Inbid ta’ għeneb frisk inklużi inbejjed imsaħħin f’kontenituri ta’ 2 litri jew inqas
mill-1.1 sal-31.12.2004
3 718,3 hl + żjieda ta’ 103 hl mill-1.5 sal-31.12.2004
Eżenzjoni
ex 2204 21 79
79,80
mill-1.1 sal-31.12.2005
3 985,6 hl
ex 2204 21 80
79, 80
mill-1.1 sal-31.12.2006
4 098,4 hl
ex 2204 21 83 (4)
10, 79, 80
mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12
4 211,2 hl
ex 2204 21 84 (5)
10, 79, 80
ex 2204 21 94
10, 30 (6)
ex 2204 21 98
10, 30 (6)
ex 2204 21 99
10
(1) ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2279/2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 38).
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Mill-1 ta' Jannar 2005 is-subdiviżjoni tat-TARIC 12 u 19 jinbidlu bl-10.”
(4) From 1 January 2005 the CN code ex 2204 21 83 will change to ex 2204 21 84 and the TARIC subdivisions 10, 79 and 80 will change to 59 and 70.
(5) From 1 January 2005 the CN code ex 2204 21 84 will change to ex 2204 21 85 and the TARIC subdivisions 10, 79 and 80 will change to 79 and 80.
(6) From 1 January 2005 the TARIC subdivisions 10 and 30 will be replaced by 20.”