289/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 289/2005 tas- 17 ta’ Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 fir-rigward ta' l-estensjoni tal-projbizzjoni tas-sajd bit-tkarkir fl-ibħra Pollakki ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 M, tat-12 ta' Diċembru 2008 )
289/2005 • 32005R0289R(01)
Legal Acts - Regulations
- 3 Inbound citations:
- •
- 0 Cited paragraphs:
- •
- 6 Outbound citations:
3.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
L NaN/1
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 289/2005 tas-17 ta’ Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 fir-rigward ta' l-estensjoni tal-projbizzjoni tas-sajd bit-tkarkir fl-ibħra Pollakki
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 M, tat-12 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 289/2005 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 289/2005
tas-17 ta’ Frar 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 fir-rigward ta' l-estensjoni tal-projbizzjoni tas-sajd bit-tkarkir fl-ibħra Pollakki
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 u b'mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,
Billi:
(1)
Fil-21 ta' Settembru 1991 il-Kummissjoni Internazzjonali tas-Sajd fil-Baħar Baltiku adottat rakkomandazzjoni sabiex tipprojbixxi s-sajd bix-xbieki ta' tkarkir fl-Oderbank Plateau. Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata fil-liġi Komunitarja bl-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 88/98 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound (1).
(2)
Fid-dawl ta' l-adeżjoni tal-Polonja ma' l-Unjoni Ewropea, iż-żona ġeografika fi fiha tapplika l-projbizzjoni għax-xbieki ta' tkarkir għandha tiġi estiża għall-ilmijiet Pollakki.
(3)
Ir-Regolament (KE) Nru 88/98 għandu għalhekk jiġi emendat kif skond hekk.
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 88/98 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“3. Għandu jkun ipprojbit matul is-sena, li jsir sajd bi kwalunkwe xbieki ta' tkarkir, tartarun Daniż jew xbieki simili fiż-żona ġeografika magħluqa b'linja li tgħaqqad il-koordinati li ġejjin:
54° 23′, 14° 35′ E
54° 21′, 14° 40′ E
54° 17′, 14° 33′ E
54° 07′, 14° 25′ E
54° 10′ N, 14° 21′ E
54° 14′ N, 14° 25′ E
54° 17′ N, 14° 17′ E
54° 24′ N, 14° 11′ E
54° 27′ N, 14° 25′ E
54° 23′ N, 14° 35′ E”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Frar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-C. JUNCKER
(1) ĠU L 9, 15.1.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 812/2004 (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12).